#AhbarjietMalta
25 subscribers
126 photos
41.7K links
Download Telegram
Hekk kif il-passa tar-rebbiegħa issa għaddejja ġmielha, u matul l-aħħar jiem kienu osservati diversi speċi jpassu minn fuq Malta, fl-aħħar sigħat ġejna msejħa biex niġbru dan il-Fras-servjent li nstab ferut f’Birżebbuġa. L-għasfur ittieħed għand il-veterinarju tal-gvern, u kien ikkonfermat li l-feriti f’sidru kienu kkaġunati minn tiri ta’ senter.

Il-Fras-servjent huwa speċi protetta, li jbejjet madwar il-Mediterran, inkluż f'Malta fir-Riserva Naturali tal-Għadira f'dawn l-aħħar snin. Jekk jitħallew fil-kwiet, dawn l-għasafar ifittxu kenn f'diversi nħawi tal-kosta, u possibbilment anke jbejtu f'iktar postijiet f'Malta. Minkejja li l-istaġun tal-kaċċa għadu mhux miftuħ, inċident bħal dan juri b’mod ċar li hemm persuni hemm barra bis-snieter lesti biex jikkaċċjaw speċi bħal dawn, għall-kollezzjonijiet tal-għasafar ibbalzmati, hekk kif dawn it-tip ta’ għasafar ikunu qed jippruvaw jilħqu l-kontinent Ewropew din ir-rebbiegħa.

Nhar l-Erbgħa li ġej (29 ta’ Marzu) hemm skedata laqgħa tal-Kumitat ORNIS biex tiddiskuti jekk fil-ġimgħat li ġejjin għandux jinfetaħ jew le staġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa, u matul din il-laqgħa jista’ jkun li tittieħed ukoll deċiżjoni fuq proposta li tista’ tfisser li għasafar bħal dan il-#FrasServjent imħares bil-liġi jkunu jistgħu jiġu inklużi legalment fil-kollezzjonijiet tal-ibbalzmar. Dawn iż-żewġ deċiżjonijiet flimkien jistgħu jfissru diżastru għall-ħarsien tal-avifawna fil-gżejjer tagħna hekk kif dawn l-għasafar ikunu qed jaslu fl-Ewropa biex ibejtu.

Jekk tiltaqa’ ma’ xi każ ta’ kaċċa illegali jew għasafar feruti nitolbuk tirrapporta lil BirdLife Malta fuq 21347646 (ħinijiet tal-uffiċċju) jew fuq 7925 5697.

📷 Marcella Giornetti

Robert Abela Bernard Grech Miriam Dalli Clint Camilleri Wild Birds Regulation Unit Charles Azzopardi Janice Chetcuti https://m.facebook.com/story.php?story_fbid=pfbid0PomR9HQootHAUdb5oPoCVrHnFf683UuvvoY23vQn9nB9TanGsTF3DTkmxcTZfmXvl&id=100064753091192